Fil-kċina ma’ Xef Xandra

Fil-kċina ma’ Xef Xandra This page is for recipe sharing, easy cooking methods to follow, cooking tips and hints…enjoy!

ASIAN CHICKEN BOWL for a healthy, low fat dinner at only around 500 calories per portion!Ingredients:2 cuos boiled sushi...
12/10/2026

ASIAN CHICKEN BOWL for a healthy, low fat dinner at only around 500 calories per portion!

Ingredients:
2 cuos boiled sushi rice (or long grain)
1 tbs each rice vinegar and sesame oil
700g chicken breast chopped
3 tbs soy sauce
1 tbs honey
1tbs each ginger and garlic powder
1 tbs sesame oil
Red cabbage
Boiled edamame beans
Boiled snap peas
Sweet red pepper
Cucumber
Grated carrot
Spring onion chopped
Black sesame seeds

Method: marinate the chicken in the soy, honey, ginger, garlic sesame and airfry on 180 for twenty minutes; put the rice in a dish arrange the veggiea; too with the chicken sprinkle with sesame seeds and spring onion and serve! fans Fil-Kċina ma’ Xef Xandra KUL GĦAL QALBEK!

Il-famużi PASTI ROŻA bħala xi ħaġa tajba għal mat-🫖☕️!! Ingredjenti:150g yoghurt light tal-vanilla200g zokkor4 bajdiet40...
11/10/2026

Il-famużi PASTI ROŻA bħala xi ħaġa tajba għal mat-🫖☕️!!

Ingredjenti:
150g yoghurt light tal-vanilla
200g zokkor
4 bajdiet
400g dqiq plain
Mgħarfa trab tal-ħami
Kuċċarina bikarbonat
Ftit qtar tal-vanilla
50g żejt
50g ħalib xkumat

2 pakketti jelly tal-frawli light
Ftit qtar kulur aħmar
500g coconut

Metodu: ħawwad il-yoghurt maz-zokkor u żid il-bajd u ħawwad sew; żid id-dqiq mgħarbul ftit ftit u ħawwad; żid it-trab tal-ħami, vanilla u ħawwad; fl-aħħar zid iż-żejt u l-ħalib u erġa’ ħawwad; aħmi f’dixx rettangolari miksi kartaforno fuq 170 għal madwar tliet kwarti; kessaħ u qatta f’biċċiet kwadri; dewweb il-jelly fil-misħun u żid ftit kulur; xarrab il-kejk bil-jelly u iksi bil-coconut; sempliċi u tajbin ferm! fans KUL GĦAL QALBEK! Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

Għal mat-🫖☕️ dan il-KEJK TAL-VANILLA U L-BANANA!Ingredjenti:180g marġerina150g zokkor3 bajdiet3 bananiet misjura350g dqi...
04/10/2026

Għal mat-🫖☕️ dan il-KEJK TAL-VANILLA U L-BANANA!

Ingredjenti:
180g marġerina
150g zokkor
3 bajdiet
3 bananiet misjura
350g dqiq plain
2 kuċċarini mimsuħa bikarbonat
Mgħarfa trab tal-ħami
Ftit melħ
150g yoghurt light tal-vanilla
100ml ħalib xkumat
Ftit qtar tal-vanilla

Metodu: ħabbat il-marġerina u z-zokkor sakemm tiġi kremuża u bajda; żid il-bajd u ħabbat; ħallat id-dqiq, bikarbonat, trab tal-ħami u l-melħ ġo sjuna oħra; ħallat il-banana mgħaffġa mat-taħlita tal-bajd; għaddi t-taħlita tad-dqiq u inkorpora ftit ftit mat-taħlita; bejn kull darba li żżid d-dqiq, ibda alterna billi żżid il-yoghurt; fl-aħħar żid il-ħalib u ħawwad; aħmi fuq 170 ġo dixx miksi karta forno għal madwar siegħa. fans KUL GĦAL QALBEK! Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

30/09/2026

FTIRA TAL-QARABAGĦLI, L-ISPINAĊI U L-IRKOTTA! Kaloriji totali madwar 3000 jekk taqsam f’sitt biċċiet 500 kalorija kull biċċa!

Ingredjenti:
Għall-għaġina:
350g dqiq plain
250g Greek yoghurt 0 fat
Ftit ilma
Kuċċarina bikarbonat

Għall-mili:
Basla mqattgħa
2 qarabagħliet imqattgħin
400g spinaċi
Bżar, melħ u trab tat-tewm
Ftit noċemuskata
250g irkotta
Ġbejna friska
Ftit tursin frisk imqatta’
2 bajdiet imħabbta
3 imgħaref ċedar maħkuk
Mgħarfa Pecorino maħkuk

Metodu: ħallat id-dqiq, il-yoghurt u l-bikarbonat; żid ftit ilma sakemm tifforma għaġina ratba; ħalli toqgħod fil-friġġ madwar siegħa; qalli l-ħaxix f’mgħarfa butir żid il-bżar, melħ trab tat-tewm u n-noċemuskata; kessaħ u żid it-tursin; ifrex l-għaġina fuq dixx miksi kartaforno; ferrex it-taħlita tal-ħaxix, l-irkotta, il-ġbejna, il-bajd u fl-aħħar il-ġobon; sajjar f’forn imsaħħan fuq 200 għal madwar għoxrin minuta; tajba sħuna jew kiesħa!! fans KUL GĦAL QALBEK! Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

It-TORTA TAL-CORNEDBEEF t’ommi!! F’għomri l-itjeb torti tal-bulibif (kif jgħidulu!), huma tal-għażiża ommi Lina u tal-għ...
23/09/2026

It-TORTA TAL-CORNEDBEEF t’ommi!! F’għomri l-itjeb torti tal-bulibif (kif jgħidulu!), huma tal-għażiża ommi Lina u tal-għażiża kunjata Borg Ronald Borg; it-tnejn tajbin immens u QATT ma tiġini eżatt bħal tagħhom! Din hi l-verżjoni t’ommi.

Ingredjenti:
2 biċċiet għaġina puff
3 basliet imqattgħin
3 sinniet tewm
100g karrotti maħkuka jew mqattgħin irqiq
4 patatiet imqaxxra u mqattgħa
200ml polpa
2 imgħaref mixed spice u oħra kari
Mgħarfa ħwawar imħallta Taljani
Bżar u melħ
Dada tal-laħam
100g piżelli tal-friża
Landa cornedbeef kbira light
3 imgħaref ċedar maħkuk
Bajda mħabbta

Metodu: qalli l-basal, tewm, il-karrotti, il-patata fil-ħwawar; żid id-dada u l-polpa u tektek daqs nofs siegħa; kessaħ; ifrex l-għaġina f’dixx midluk bil-butir u roxx ftit frak tal-ħobż; ħallat il-cornedbeef u l-piżelli mat-taħlita u ifrex fuq l-għaġina; ferrex il-ġobon u għatti bl-għaġina; idlek bil-bajda u aħmi fuq 170 għal madwar siegħa. fans KUL GĦAL QALBEK! Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

18/09/2026

KEJK TAT-TAMAL U L-LEWŻ! KUL GĦAL QALBEK! Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

Temp tal-ħami!! Illum għamilt dan: vera faċli, ftit kaloriji u TAJJEBBB! KEJK TAT-TAMAL u L-LEWŻ! Jekk taqsam fi tnax-il...
18/09/2026

Temp tal-ħami!! Illum għamilt dan: vera faċli, ftit kaloriji u TAJJEBBB! KEJK TAT-TAMAL u L-LEWŻ! Jekk taqsam fi tnax-il biċċa fih madwar 200 kalorija kull biċċa!

Ingredjenti:
150g tamal imqatta’
240g yoghurt light Griega
2 bajdiet
3 imgħaref żejt
50ml ilma
190g dqiq plain
1/2 kuċċarina bikarbonat tas-soda
Kuċċarina trab tal-ħami (baking powder)
Ftit qtar essenza tal-vanilla u tal-lewż
45g kull wieħed ġewż u lewż imqatta’
Mgħarfa kannella
2 imgħaref sukkarina
Ftit melħ

Metodu: xarrab it-tamal fil-yoghurt u ħallih joqgħod għaxar minuti; fi sjuna oħra ħallat id-dqiq, bikarbonat, trab tal-ħami, melħ u l-kannella; ħawwad mal-yoghurt u t-tamal iż-żejt, l-ilma, il-bajd u l-essenza sakemm tiġi kremuża; inkorpora bil-mod it-taħlita tad-dqiq; fl-aħħar żid il-lewż u ferrex ġo dixx miksi kartaforno; ferrex ftit lewż u kannella fil-wiċċ u aħmi fuq 170 għal madwar tliet kwarti! Faċli, tajjeb, morbiduvu tajjeb għal min hu bid-dieta!
N.B. Jekk trid tnaqqas iktar kaloriji uża ħafur (oats) flok dqiq u naqqas ml-lewż!
fans KUL GĦAL QALBEK! Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

Bonġu!! Il-BRUSCHETTA tista’ tinklidiha f’dieta kkontrollata għax hi tajba għal saħħtek! Jien hawn użajt sourdough bread...
17/09/2026

Bonġu!! Il-BRUSCHETTA tista’ tinklidiha f’dieta kkontrollata għax hi tajba għal saħħtek! Jien hawn użajt sourdough bread iżda tista’ tuża ħobż tal-Malti! KUL GĦAL QALBEK! fans Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

Għal mat-🫖☕️ dan il-KEJK TAL-BANANA U L-ĠEWŻ! Kaloriji totali madwar 2200 u jekk taqsam fi 15-il biċċa madwar 150 kalori...
16/09/2026

Għal mat-🫖☕️ dan il-KEJK TAL-BANANA U L-ĠEWŻ! Kaloriji totali madwar 2200 u jekk taqsam fi 15-il biċċa madwar 150 kalorija biss!

Ingredjenti:
2 bananiet kbar
2 bajdiet
75g żejt taż-żebbuġa
170g għasel
50ml ħalib xkumat
50ml kefir jew yoghurt light bajda
Mgħarga trab tal-proteina (jekk trid/tista’ ms żżidhiex)
125g dqiq plain
100g ħafur (oats)
Jew 225g dqiq plain
kuċċarina bikarbonat tas-soda
Ftit vanilla
Mgħarfa kannella midħun
60g ġewż imqatta’
30g chocolate chips

Metodu: ħawwad flimkien l-għasel, iż-żejt, u l-bajd; żid il-banana mgħaffġa u ħawwad; żid id-dqiq magħrbul, l-ħafur, l-kannella, l-bikarbonat u l-vanilla u ħawwad sew; ħawwad il-ġewż u ċ-ċikkulata ma’ mgħarfa dqiq u inkorpora fit-taħlita tal-kejk; ferrex ġo dixx miksi bil-kartaforno u fil-wiċċ ferrex ġewż, ċikkulata u ftit kannella u aħmi fuq 170 għal madwar siegħa. KUL GĦAL QALBEK! fans Fil-Kċina ma’ Xef Xandra

Ikla tajba, sajfija, tajba għal saħħtek u bi ftit kaloriji:  SIDRA TAT-TIĠIEĠ BL-INSALATA TAL-QUINOA U R-ROSS! Jekk taqs...
02/09/2026

Ikla tajba, sajfija, tajba għal saħħtek u bi ftit kaloriji: SIDRA TAT-TIĠIEĠ BL-INSALATA TAL-QUINOA U R-ROSS! Jekk taqsam fi tlieta madwar 550 kalorija biss!

Ingredjenti:
500g sidra tat-tiġieġ imqattgħa rqiq
5 imgħaref frak tal-ħobż
3 imgħaref ġobon Parmeġġjan maħkuk
3 imgħaref ħwawar tat-tiġieġ
2 bajdiet imħabbta

Għall-insalata:
Pakkett 250g quinoa u ross tal-microwave (Eurospin)
Brunġiela u qarabagħlija mqattgħin
3 sinniet tewm
8 żebbuġiet tal-għadma
3 tadamiet imqadda mqattgħin
Mgħarfa pesto
Ftit trab tat-tewm

Metodu: ħallat il-frak tal-ħobż, ġobon u ħwawar; għaddi t-tiġieġ mill-bajda mħabbta u wara mit-taħlita tal-frak tal-ħobż; roxx sprejjatura żejt u aħmi 20 minuta fuq 170 fl-airfryer (jew nofssiegħa fil-forn); sajjar il-quinoa fil-microwave; qalli ġo sprejjatura żejt il-brunġiel, qarabagħli u t-tewm; ħallat il-pesto, żebbuġ u tadam mal-quinoa u żid il-ħaxix imsajjar; servi bit-tiġieġ imqatta’. fans Fil-Kċina ma’ Xef Xandra KUL GĦAL QALBEK!

Address

Birkirkara

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Fil-kċina ma’ Xef Xandra posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Fil-kċina ma’ Xef Xandra:

Shortcuts

Share