22/03/2026
Informazzjoni dwar ir-Riħa tas-Sepulkru – Tradizzjoni Maltija tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Ir-Riħa tas-Sepulkru hija riħa tradizzjonali marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, speċjalment maż-żjara tal-Monument waqt is-seba vizti fil-Ġimgħa l-Kbira. Mhijiex fwieħa kummerċjali, iżda taħlita aromatika li tinħoloq fil-knejjes u wirjiet biex toħloq atmosfera ta’ ġabra, qima u riflessjoni.
Storja u oriġini.
Ghalkemm l-origini taghha mhiex dokumentata, din it-tradizzjoni tmur lura għal żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, meta s-sepulkri kienu jiġu mżejna b’fjuri, ħxejjex u speċi ħafna minnhom importati mill-Lvant. Maż-żmien, ir-riħa li kienet tinħoloq minn dawn l-elementi saret parti mill-identità reliġjuża u kulturali Maltija.
• X’kien fiha r-riħa originali?
* Ċitru: fjur tal-larinġ, lumi, bergamott
* Speċi: qronfol, kannella, imsiemer tal-qronfol u noċemuskata
* Inċens u mirra
* Pjanti u fjuri lokali bħal rozmarin u lili
Dawn jew jinħarqu ħafif mal-inċens jew jitqiegħdu friski madwar il-Monument biex jimlew il-knisja b’aroma unika.
• It-tifsira tagħha
* Purità u tiġdid
* Tifkira tad-difna ta’ Kristu
* Qima u niket
* Tama tal-qawmien
• Kif żviluppat maz-zminijiet
Minn żmien il-Kavallieri sa llum, ir-riħa adattat ruħha, minn speċi rari u għaljin għal ingredjenti lokali, u f’xi każi anke żjut essenzjali. Minkejja dan, baqgħet simbolu qawwi ta’ devozzjoni u tradizzjoni.
Illum il-ġurnata, għadha tintuża fil-knejjes madwar Malta waqt iż-żjara tas-seba’ knejjes, u anke f'wirjiet ta' statwi minjaturi li sikwiet insibuha f'borma tal-fuhhar fuq nar baxx u għal ħafna Maltin hija marbuta ma’ memorji, nostalġija u sens qawwi ta’ identità.
• X'sar fiha l-borma illum il-gurnata?
Ghalkemm kulhadd ghandu il-mod u l-gosti tieghu kif issir, dawn huma l-ingredjenti principali li jaghtu dik ir-riha tradizzjonali li kulhadd imdorri biha:
*Inbid iswed
*Qxur tal-laring
*Tuffieh
*Weraq tar-rand
*Imsiemer tal-qronfol
*Zkuk tal-kannella
Hafna izziedu
*Star anise
*Anise seeds
*Kosbor
*Nocemuskata
*Ftit hall
*Bzar iswed shih
*Balzmu tal-patrijiet (spicca discontinued fl-2023/4)
• Fil-kultura popolari
Ħafna Maltin jassoċjaw ir-riħa ma’ memorji tat-tfulija u devozzjoni familjari. Tqajjem sens ta’ nostalġija u identità nazzjonali.
• F’kuntest modern
Kultant tintuża f’esebizzjonijiet kulturali jew attivitajiet edukattivi dwar il-wirt Malti
Hemm interess dejjem jikber biex tinżamm bħala patrimonju intanġibbli.
B’hekk, ir-Riħa tas-Sepulkru mhix biss tradizzjoni tal-passat, imma esperjenza ħajja li għadha tinbidel u tiġi mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra, filwaqt li żżomm il-qalba spiritwali u kulturali tagħha.
Din l-informazzjoni giet misjuba mill-pagna Tahlita' ghal borma ta-Sepulkru. (Adriana Bayliss)