12/10/2026
Xiħadd bagħatli messaġġ, u staqsieni kif tista tagħmel platt spaghetti tal-fenek bla tadam u kunserva għax allerġiku għat-tadam.
Xorta tista tagħmel platt tajjeb ħafna u l-fenek jintiegħem veru tajjeb.
Spaghetti tal-fenek bla tadam
Għal 2 persuni
200 g spaghetti msajjar al dente
Biċċtejn fenek mid-dahar mqattgħin żgħar
Biċċa fwied u nterjuri, qalb u kliewi
4 sinniet tewm mqattgħin irqaq
Basla mqatta rqiqa ħafna
2 imgħaref żejt taż-żebbuġa
2 imgħaref butir
Ftit ħwawar nexfin
100 g piżelli tal-friża
Dada tal-laħam
100 ml inbid abjad
Bżar iswed kemm tixtieq
Ftit ilma kemm hemm bżonn
Qalli l-fenek u l-interjuri flimkien fiż-żejt u l-butir mat-tewm u l-basla
Żid id-dada, l-inbid, ħwawar, bżar u piżelli
Tektek mgħotti għal madwar siegħa
Żid ftit ilma jekk hemm bżonn tħallihx jixxotta
Saffi l-ispaghetti u żidu biex itektek ftit minuti f'din iz-zalza sakemm jinxtorob il-likwidu
Servi bil-ġobon tal-ħakk bħas-soltu